Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Telefónica de España u Telefónica Móviles España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizz pubbliku ta’ xandir – Għajnuna li Spanja qiegħda tippjana li timplementa favur RTVE – Bidla tas-sistema ta’ finanzjament – Sostituzzjoni tad-dħul mir-reklamar b’taxxi ġodda fuq l-operaturi ta’ televiżjoni u ta’ telekomunikazzjonijiet – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Drittijiet proċedurali – Għajnuna ġdida – Bidla tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti – Miżura fiskali li tikkostitwixxi l-mod ta’ finanzjament tal-għajnuna – Eżistenza ta’ rabta ta’ allokazzjoni neċessarja bejn it-taxxa u l-għajnuna – Influwenza diretta tad-dħul mit-taxxa fuq il-portata tal-għajnuna – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica de España, SA (Madrid, Spanja); u Telefónica Móviles España, SA (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta u N. Díaz Abad, sussegwentement minn N. Díaz Abad u finalment minn M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); u Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE) (Madrid) (rappreżentanti: A. Martínez Sánchez, A. Vázquez-Guillén Fernández de la Riva u J. Rodríguez Ordóñez, avukati)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/1/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat C 38/09 (ex NN 58/09) li Spanja qiegħda tippjana li timplimenta għall-Corporación de Radio y Televisión Española (RTVE) (ĠU 2011 L 1, p. 9)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Telefónica de España, SA u Telefónica Móviles España, SA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u għandhom ibatu, in solidum, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ Corporación de Radio y Televisión Española, SA (RTVE).Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.