Language of document : ECLI:EU:T:2013:676





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Gobierno de Aragón et vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑150/11)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni dwar għajnuna intiża li tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompettitivi – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament – Skop – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar għajnuna intiża li tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi – Annullament li jwassal għal emenda tas-sustanza tad-deċiżjoni – Kundizzjoni mhux sodisfatta – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1407/2002; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787) (ara l-punti 20, 21, 26-29, 35)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar Għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Gobierno de Aragón (Spanja), il-Principado de Asturias (Spanja) u l-Junta de Castilla y León (Spanja) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.