Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Marzu 2011 - Consorzio vino Chianti Classico vs UASI - Fédération française de rugby (Emblema bid-disinn ta' serduk)

(Kawża T-143/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consorzio vino Chianti Classico (Radda in Chianti, l-Italja) (rappreżentanti: S. Corona u G. Ciccone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Fédération française de rugby (Pariġi, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 43/2010-4 u tipprekludi l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 5713888 sa mid-data tal-oppożizzjoni;

sussidjarjament, tbiddel l-imsemmija deċiżjoni u tipprekludi l-applikazzjoni għas-sinjal ikkontestat għal reġistrazzjoni għal inbejjed fil-klassi 33; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tar-rikorrent, ukoll dawk għall-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "F.F.R" bid-deskrizzjoni "orange-yellow: PMS reference 1235C; gold: PMS reference 145C; red: PMS reference 1795C", għal prodotti fil-klassi 33 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 5713888

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade Taljana Nru FI2007C00984 tat-trade mark figurattiva (kollettiva) "CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO - CHIANTI CLASSICO", għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana kollettiva Nru 856049 tat-trade mark figurattiva "CHIANTI CLASSICO - CONSORZIO DEL MARCHIO STORICO", għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana kollettiva Nru 856219 tat-trade mark figurattiva "CHIANTI CLASSICO - CHIANTI CLASSICO - CONSORZIO", għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta' trade mark Taljan kollettiva Nru 1006311 tat-trade mark figurattiva "CHIANTI CLASSICO - SINCE 1716", għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana kollettiva Nru 856048 tat-trade mark figurattiva "CHIANTI CLASSICO - CONSORZIO DEL MARCHIO STORICO", għal prodotti fil-klassi 33; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 1215633 tat-trade mark figurattiva "CONSORTIO VINO CHIANTI CLASSICO", għal prodotti fil-klassi 33; trade mark magħrufa sew Ġermaniża u Franċiża "CHIANTI CLASSICO - CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO", għal prodotti fil-klassi 33; u trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ fil-Ġermanja u fi Franza "CHIANTI CLASSICO - CONSORZIO VINO CHIANTI CLASSICO", għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) ikkonkluda b'mod żbaljat li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjal ikkontestat u t-trade marks tar-rikorrent u ma kkunsidrax b'mod adegwat il-karattru distintiv ħafna tat-trade marks tar-rikorrent; (ii) naqas milli jikkunsidra għad-dannu tat-trade marks tar-rikorrent u l-vantaġġ indebitu li s-sinjal ikkontestat jikseb jekk ir-reġistrazzjoni tiegħu tiġi permessa; u (iii) naqas milli jikkunsidra l-partikolarità tal-każ, li fin-natura tat-trade mark kollettiva tat-trade mark tar-rikorrent, b'funzjoni istituzzjonali din tagħmilha waħda mill-boll ta' garanzija tal-Istati.

____________