Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2011 - Mangou vs Il-Kunsill

(Kawża T-148/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe Mangou (Abidjan, il-Côte d'Ivoire) (rappreżentanti: G. Collard u L. Aliot, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li, għar-rikorrent, Philippe Mangou, ir-Regolament tal-UE Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni Nru 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma infondati fil-fatt,

konsegwentement,

tannulla r-Regolament tal-Kunsill Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 Jannar 2011;

sussidjarjament, tordna li l-isem ta' Philippe Mangou jitneħħa mil-listi annessi mal-imsemmi regolament u mal-imsemmija deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali mressqa mir-rikorrent huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk imressqa fil-kuntest tal-kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.

____________