Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2013 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Healing Herbs (NOTFALL)

(Kawża T-188/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Healing Herbs Ltd (Walkerstone, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Inern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 132/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “NOTFALL” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 30 – Trade mark Komunitarja Nru 9 089 681

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Healing Herbs LtdMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni milqugħa parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:–    Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament–    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009–    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009