Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – PP Nature-Balance Lizenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/13) 1

(“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Sustanza attiva tolperison – Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83/KE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lill-Istati Membri l-modifika tal-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza attiva kkonċernata – Oneru tal-prova – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PP Nature-Balance Lizenz GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ambrosius, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B.-R. Killmann u M. Šimerdová, sussegwentement B.-R. Killmann u A. Sipos, aġenti)

SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2013) 369 finali, tal-21 ta’ Jannar 2013, dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza attiva tolperison fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.PP Nature-Balance Lizenz GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.