Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Banco Espírito Santo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-814/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Banco Espírito Santo, S.A. (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u L. Bordalo e Sá, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punti 9 u 18 tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, Għajnuna mill-Istat Nru SA.39250 (2014/N) – il-Portugall, Resolution of Banco Espírito Santo, S.A., fil-parti li timponi jew tista’ tiġi interpretata fis-sens li timponi fuq ir-rikorrenti (Banco Espírito Santo, S.A., [iktar ’il quddiem, “BES”]) ir-responsabbiltà għall-assigurazzjoni tar-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee jew kwalunkwe spajjeż oħra tal-Monitoring Trustee;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli ġuridiċi relatati mal-applikazzjoni tat-Trattat – billi imponiet fuq il-BES l-ispejjeż marbuta mas-superviżjoni tat-twettiq tal-impenji meħuda mir-Repubblika Portugiża:

L-impożizzjoni fuq il-BES tal-obbligi fir-rigward ta’ att minn terzi li fir-rigward tagħha l-BES ma tatx il-kunsens tagħha u li minnha hija ma tislet ebda vantaġġ, u li ma ġiex applikat bi bqil mal-kriterji li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipju ta’ soluzzjoni l-iktar vantaġġjuża ekonomikament, bi preġudizzju, eventwali, għall-kredituri u għall-azzjonisti tal-BES.

Skont id-deċiżjoni kkontestata, il-ħatra tal-Monitoring Trustee ssir mill-Fond għar-Riżoluzzjoni. Madankollu, filwaqt li hija r-Repubblika Portugiża li għandha taħtar biss Monitor Trustee wieħed, ma jidhirx aċċettabbli li l-oneru għar-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee għandu jaqa’ kollu kemm hu fuq il-BES. Din is-soluzzjoni tmur kontra l-osservanza tal-prinċipji li għalihom hija suġġetta l-għajnuna mill-Istat: (i) issaħħaħ il-vantaġġ li minnu jibbenefika l-Bank Tranżitorju, fejn b’dan il-mod tinħeles minn spejjeż li f’sitwazzjoni oħra kienu jiġu imposti fuqha bil-liġi; (ii) toħloq distorsjoni fuq il-kompetizzjoni favur il-Bank Tranżitorju, fejn b’dan il-mod tinħeles minn spejjeż li ma ġewx ikkwantifikati fl-awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat;

Il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat ma tinkludi ebda raġuni għall-impożizzjoni tar-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee fuq il-BES li, għandu jiġi mfakkar, ma huwiex destinatarju tad-Deċiżjoni u lanqas ma huwa benefiċjarju tal-għajnuna;

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014, dwar il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, applikabbli mill-2016, ma jżid xejn dwar is-suġġett, ħlief li jipprovdi għar-rwol ta’ fiduċjarju fl-Artikolu 19, bħal ma jżid xejn ir-Regolament Nru 1093/2010 jew id-Direttiva 2014/59/UE, li t-terminu għat-traspożizzjoni tagħha għadu ma ddekorriex;

Fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fl-ambitu tal-implementazzjoni mid-DĠ COMP (Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea), dipartiment responsabbli għall-abbozzar tad-deċiżjoni kkontestata, jeżistu dispożizzjonijiet interpretattivi solidi fir-rigward tal-figuri tal-Monitoring Trustee u tar-remunerazzjoni tiegħu, li jistgħu jservu sabiex jimtlew il-lakuni leġiżlattivi għas-sitwazzjoni inkwistjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-istruttura kwantitattiva ta’ remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee, li għandha ssir bi qbil bejn il-partijiet, bla ħsara għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u għall-indipendenza neċessarja u l-mezzi li għandhom jingħataw;Il-mod kif għandha tiġi pproċessata r-remunerazzjoni tal-Monitoring Trustee fil-prattika ma jistax jiġi impost mill-Kummissjoni Ewropea fuq ir-rikorrenti, fejn għalhekk l-impożizzjoni ta’ dan l-oneru pekunjarju mill-Kummissjoni b’mod vinkolanti (jiġifieri mingħajr aċċettazzjoni preċedenti mill-BES tal-ammont tiegħu) ma għandha ebda bażi legali, la fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, u lanqas f’att leġiżlattiv ieħor;Il-Kummissjoni Ewropea nnifisha, fid-deċiżjoni kkontestata, sempliċement iddikjarat li l-Monitoring Trustee għandu jiġi rremunerat mill-Bad Bank u li din ir-remunerazzjoni għandha tkun “b’tali mod li ma tostakolax l-indipendenza u l-effikaċja tal-amministratur fl-eżerċizzju tal-mandat tiegħu”. Għaldaqstant ma hemmx definizzjoni konkreta tal-istruttura ta’ remunerazzjoni, b’mod partikolari tal-mod kif din tiġi implementata fil-prattika, jew tal-limiti tagħha.It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ awtolimitazzjoni amministrattiva:Il-Ku

mmissjoni kisret il-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali u ta’ awtolimitazzjoni amministrattiva fil-parti li timponi, jew li tista’ tiġi interpretata fis-sens li timponi, fuq il-BES l-oneri marbuta mal-Monitoring Trustee;Dan huwa wisq iżjed minnu meta jiġi kkonstatat li l-BES, terza persuna għad-Deċiżjoni, ġiet eskluża totalment mill-proċedura ta’ għażla tal-Monitoring Trustee, fejn b’hekk, bl

a ħasara għall-miżuri u għall-indipendenza meħtieġa mid-Deċiżjoni, ma setgħetx tiżgura li tikkonforma ruħha mar-responsabbiltajiet tagħha (u mar-responsabbiltajiet fiduċjarji tal-amministraturi tagħha), bil-għan li tiggarantixxi li din il-monitorizzazzjoni tal-impenji tirrappreżenta oneru finanzjarju inqas sinjifikattiv għall-BES.It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità:Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, bi

lli imponiet lill-BES l-oneru finanzjarju unilaterali u sħiħ li, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni finanzjarja attwali tal-BES bħala istituz

zjoni suġġetta għal miżura ta’ riżoluzzjoni, mhux biss jidher li hu estremament gravi u sinjifikattiv, iżda jeċċedu l-limiti ta’ proporzjonalità, f’sens restrittiv;Dan huwa wisq iżjed minnu meta jitqies, skont il-BES, li r-responsabbiltà għal dawn

l-ispejjeż, ġaladarba ma tteħditx mill-Istat Portugiż permezz ta’ impenji, taqa’ fuq il-Kummissjoni Ewropea nnifisha, bis-saħħa tar-responsabbiltajiet tagħha nnifisha fil-qasam ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet bankarji u tal-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-kuntest ta’ dawn il-miżuri.