Language of document : ECLI:EU:T:2015:119





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2015 —
BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑812/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Settur finanzjarju — Għajnuna mogħtija fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta’ falliment bankarju — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Trattament tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali — Protezzjoni mogħtija lill-partijiet kontra l-użu mhux xieraq tal-atti proċedurali — Prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja — Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(2); Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 5(8)) (ara l-punti 14, 16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18, 19)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Oneru li jaqa’ unikament fuq il-parti li għandha dritt tippreżenta r-rikors fil-kawża prinċipali— Neċessità li jiġi speċifikat ir-riskju li dan id-dannu jiġi subit personalment — Eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors fil-kawża prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji — Portata (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 22, 24, 25, 34)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob il-miżura provviżorja — Riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali — Natura insuffiċjenti għall-kostituzzjoni ta’ dannu gravi — Evalwazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104 (2)) (ara l-punti 28, 29)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (Artikolu 107 TFUE) (ara l-punt 31)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba — Assenza ta’ indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti minn provi dokumentali ddettaljati, fir-rigward tad-dannu gravi u irreparabbli allegat (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 33)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N), innotifikata mill-Portugall, intiża għar-riżoluzzjoni tal-Banco Espírito Santo SA

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.