Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2019 – BPC Lux 2 et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-812/14 RENV) 1

(Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mill-awtoritajiet Portugiżi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja Banco Espírito Santo – Ħolqien u kapitalizzazzjoni ta’ bank tranżitorju – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BPC Lux 2 et (Senningerberg, Lussemburgu) u d-19 ir-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fil-anness tas-sentenza (rappreżentanti: Webber, M. Steenson, solicitors, B. Woolgar u K. Bacon, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u P.-J. Loewenthal, agents)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta:: Ir-Repubblika Portuġiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u S. Jaulino, agents, assistiti minn M. Mendes Pereira, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 5682 finali, tat-3 ta’ Awwissu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39250 (2014/N) – Il-Portugall – Riżoluzzjoni ta’ Banco Espírito Santo, SA.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

BPC Lux 2 Sàrl u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji, tal-ewwel istanza u ta’ rinviju.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż li ġarrbet fil-kuntest tal-proċedura tal-appell.

Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 46, 9.2.2015.