Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2015 – BSH vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)

(Kawża T-123/14)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja AquaPerfect – Trade mark verbali Komunitarja preċedenti Perfect – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: A. Franke, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş.DispożittivId-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş. hija annullata.L-UASI għandu jbati

, minbar

ra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte.Arçelik għandha tbati l-ispejjeż tagħha.