Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 - Azienda Agricola Bracesco vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-440/09) 

("Responsabbilità mhux kuntrattwali - Agrikoltura - Influwenza avjarja - Miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur - Nuqqas ta' inklużjoni ta' summien fost l-ispeċi ta' tjur li jagħtu dritt għal kumpens

- Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Nuqqas ta' rabta kawżali

- Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola Bracesco Srl - in liquidazione (Orgiano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Tosello, S. Rizzioli u C. Pauly, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Jimeno Fernández u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2006, tat-3 ta' Lulju 2006, li jikkonċerna ċerti miżuri eċċezzjonali ta' sostenn tas-suq fis-setturi tal-bajd u tat-tjur f'ċerti Stati Membri (ĠU L 180 p. 3), inkwantu ma jipprovdix tali miżuri favur il-bdiewa tat-tjur involuti fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tas-summien.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

Azienda Agricola Bracesco Srl - in liquidazione għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.