Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 taʼ April 2013 – Atmeh vs UASI – Fretier (MONTALE MTL MONTALE Dezign)

(Kawża T-239/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ammar Atmeh (Diera-Duba, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sylvie Fretier (Pariġi, Franza)

Talbiet

li tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors;

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Frar 2013, fil-Każiijiet Magħquda R 1482/2011-4 u R 1571/2011-4 u tissospendi l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kontra t-trade mark Komunitarja MINTALE MTL MONTALE Dezign Nru 003 874 807 ippreżentati fis-16 ta’ Ġunju 2004 minn Ammar Atmeh sabiex tiddeċiedi definittivament fuq il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u għal skadenza tat-trade marks ta’ S. Fretier pendenti quddiem it-Tribunal de Grande Instance de Paris;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “MONTALE MTL MONTALE Dezign” għal prodotti u servizzi fil-klassi 3 – trade mark Komunitarja Nru 3 874 807

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Sylvie Freiter

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali li fiha l-elementi verbali “PIERRE MONTALE MONTALE M” u trade mark nazzjonali figurattiva u reġistrazzjoni internazzjonali li fihom l-elementi verbali “MTL MONTALE” għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ntlaqgħet

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tar-rikors ippreżentat mir-rikorrent miċħud u dikjarazzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn Sylvie Fretier

Motivi invokati: ksur tar-Regola 20 tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja