Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2024 – KnitPro International vs EUIPO – Crafts Americana Group (Rappreżentazzjoni ta’ disinn forma ta’ żigużajg bejn żewġ linji paralleli)

(Kawża T-133/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KnitPro International (Jaipur, l-Indja) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister-at-Law)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crafts Americana Group, Inc. (Vancouver, Washington, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ disinn forma ta’ żigużajg bejn żewġ linji paralleli) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 884 264

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 2672/2017-G (RENV)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-appell bħala manifestament infondat;

sussidjarjament, tiċħad l-applikazzjoni għall-kanċellazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 7(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk jieħdu sehem fil-proċeduri, għall-ispejjeż tar-rikorrent għall-annullament u għall-ispejjeż tagħhom.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________