Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2009 - ERGO Versicherungsgruppe vs UASI - DeguDent (ERGO)

(Kawża T-382/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ERGO Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: DeguDent GmbH (Hanau/Main, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Lulju 2009, fil-Każ Nru R 44/2008-4

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew fil-każ ta' intervent mill-parti l-oħra fil-proċedimenti tal-appell, tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ERGO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 45 (Applikazzjoni Nru 3 292 638)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: DeguDent GmbH

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ġermaniża Nru 398 328 80 u t-trade mark Komunitarja Nru 1 064 674 "CERGO" għal prodotti fil-klassi 10, sa fejn l-oppożizzjoni hija intiża biss kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 5 u 10

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(5) moqrija flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091, peress li l-Bord tal-Appell ma ddeċidiex b'mod sħiħ dwar is-suġġett tal-appell

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, p. 1)