Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - Annco vs UASI - Freche et fils (ANN TAYLOR LOFT)

(Kawża T-385/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANN TAYLOR LOFT - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti LOFT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Annco, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Triet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Freche et fils associés (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta' Lulju 2009 (Każ R 1485/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Freche et fils associés u Annco, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-1 ta' Lulju 2009 (Każ R 1485/2008-1) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009