Language of document : ECLI:EU:T:2008:326





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2008 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-59/05)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ żvilupp, manutenzjoni u assistenza tas-sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali ‘Agrikoltura’ – Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni – Prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Kriterji ta’ għażla u ta’ għoti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 135 sa 138) (ara l-punti 48-51)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Kriterji għall-għoti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 56-59)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 70, 71, 82)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti (ara l-punti 101, 104, 105)

5.                     Atti tal-Istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 120-122)

6.                     Dritt Komunitarju – Prinċipji – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ diliġenza (ara l-punti 152, 153)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2004 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni tas-sistemi ta’ informazzjoni, kif ukoll ta’ servizzi ta’ assistenza konnessi, intiżi għas-sistemi ta’ informazzjoni finanzjarja tad-Direttorat Ġenerali “Agrikoltura”, u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll wieħed minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE.

3)

Evropaïki Dynamiki għandha tbati erbgħa minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha.