Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2012 - Hairdreams vs UASI - Bartmann (MAGIC LIGHT)

(Kawża T-34/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAGIC LIGHT - Trade mark verbali preċedenti MAGIC LIFE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hairdreams HaarhandelsgmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Kresbach, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rüdiger Bartmann (Gladbeck, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Novembru 2009 (Każ R 656/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Rüdiger Bartmann u Hairdreams HaarhandelsgmbH.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Hairdreams HaarhandelsgmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.