Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2023 – adp Merkur vs EUIPO – psmtec (SEVEN SEVEN 7)

(Kawża T-408/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SEVEN SEVEN 7 – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Seven – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Nuqqas ta’ użu ġenwin – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: adp Merkur GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u M. Eberl, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: psmtec GmbH (Illertissen, il-Ġermanja)

Suġġett

Bir-rikors tagħha abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u r-riforma tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ April 2022 (Każ R 1498/2021-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 318, 22.8.2022.