Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Marzu 2024 – Mazepin vs Il-Kunsill

(Kawża T-743/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Bdil fiċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wassal għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nikita Dmitrievich Mazepin (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Moretto, V. Villante, T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rurarz u P. Mahnič, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: J. Davidoviča et K. Pommere, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament:

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), u tal-ittra tal-15 ta’ Settembru 2022 li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li ismu jinżamm fil-lista tal-persuni entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi koperti mill-miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, sa fejn permezz ta’ dawn l-atti ismu inżamm fil-listi annessi għall-imsemmija atti;

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (ĠU 2023, L 75 I, p. 134), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), u tal-ittra tal-14 ta’ Marzu 2023 li permezz tagħha l-Kunsill iddeċieda li ismu jinżamm fil-lista tal-persuni entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi koperti mill-miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64), kif emendat, sa fejn permezz ta’ dawn l-atti ismu inżamm fil-listi annessi għall-imsemmija atti;

tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 ta’ Settembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2023, L 226, p. 104), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 tat-13 ta’ Settembru 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/201 (ĠU 2023, L 226, p. 3), u tal-ittra tal-15 ta’ Settembru 2023 li permezz tagħha l-Kunsill iddeċieda li ismu jinżamm fil-lista tal-persuni entitajiet u korpi suġġetti għal miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2014, L 78, p. 16), kif emendata, u mir-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2014, L 78, p. 6), kif emendat, sa fejn permezz ta’ dawn l-atti ismu inżamm fil-listi annessi għall-imsemmija atti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa intiż kontra t-tliet ittri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Settembru 2022, tal-14 ta’ Marzu 2023 u tal-15 ta’ Settembru 2023 li ntbagħtu lir-rikorrent.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1767 tat-13 Settembru 20223 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1765 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna għandhom jiġu annullati, sa fejn isem Nikita Dmitrievich Mazepin inżamm fil-listi ta’ persuni, enitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk imġarrba minn Nikita Dmitrievich Mazepin, inklużi dawk relatati mal-erba’ proċeduri għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.