Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 - P vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/05)1

(Uffiċjali - Remunerazzjoni - Nuqqas irregolari - Telf tal-benefiċċju tar-remunerazzjoni - Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ċertifikat mediku)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: P (Barċellona, L-Ispanja) (rappreżentant: M. Griful i Ponsati, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel J. Currall u L. Lozano Palacios, imbagħad J. Currall u I. Martínez del Peral, aġenti)

Suġġett tal-Kawża

Talba għal annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2004 li tiddikjara n-nuqqas tar-rikorrenti bħala irregolari sa mis-16 ta' Marzu 2004 u li waqfet ir-remunerazzjoni tiegħu mill-15 ta' April 2004 sa meta beda s-servizz tiegħu mad-Direttorat Ġenerali "Stampa u komunikazzjoni" fi Brussell.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 132, 28.5.2005