Language of document : ECLI:EU:T:2007:170





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2007 – Assembled Investments (Proprietary) vs UASI – Waterford Wedgwood (WATERFORD STELLENBOSCH)

(Kawża T-105/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WATERFORD – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti – Nuqqas ta’ komplementarjetà – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Regolament Nru 40/94, Artikolu 63(3)) (ara l-punt 13)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah reġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 27)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah reġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 27)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Waterford Wedgwood u Assembled Investments (Proprietary) Ltd.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant għat-trade mark Komunitarja :

Assembled Investments (Proprietary) Ltd

It-trade mark Komunitajra kkonċernata :

It-trade mark figurattiva WATERFORD STELLENBOSCH għal prodotti fil-klassi 33 – applikazzjoni Nru 1438860

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni :

Waterford Wedgwood plc

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni

Trade mark verbali Komunitarja WATERFORD għall-prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11, 21, 24 u 34 – trade mark Komunitarja Nru 397521

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni :

Ċaħda ta’ l-oppożizzjoni

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Jannulla d-deċiżjoni kkontestata u jiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni


Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal‑15 ta’ Diċembru 2004 (kawża R 240/2004-1) hija annullata.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Waterford Wedgwood plc għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk tar-rikorrenti.