Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta' Novembru 2011 - Pukka Luggage vs UASI - Azpiroz Arruti (PUKKA)

(Kawża T-483/10) 

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUKKA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi li fihom l-element verbali pukas - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Gilbert u M. Blair, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (Saint-Sébastien, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta' Lulju 2010 (Każ R 1175/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Jesús Miguel Azpiroz Arruti u The Pukka Luggage Company Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

The Pukka Luggage Company Ltd hija kkundannata għall-ipejjeż.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.