Language of document : ECLI:EU:T:2011:692





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2011 – The Pukka Luggage Company vs UASI – Azpiroz Arruti (PUKKA)

(Kawża T-483/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUKKA – Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi li fihom l-element verbali pukas – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1175/2008‑4), dwar proċedimenti ta oppożizzjoni bejn Jesús Miguel Azpiroz Arruti u The Pukka Luggage Company Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Pukka Luggage Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.