Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2011 - SE-Blusen Stenau vs UASI - Sports Eybl & Sports Experts (SE(c) SPORTS EQUIPMENT)
(Kawża T-477/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SE(c) SPORTS EQUIPMENT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SE So Easy - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SE-Blusen Stenau GmbH (Gronau, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Pachinger u S. Fürst, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Lulju 2010, (Każ R 1393/2009-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn SE-Blusen Stenau GmbH u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Lulju 2010 (Każ R 1393/2009-1) hija annulata.
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn SE-Blusen Stenau GmbH.
Sport Eybl & Sports Experts GmbH għanda tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 346, 18.12.2010.