Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – MEM vs UASI (MONACO)

(Kawża T-197/13) 1

“Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea Trade mark verbali MONACO Raġunijiet assoluti għal rifjut Karattru deskrittiv Assenza ta’ karattru distintiv Artikolu 151(1) u Artikolu 154(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 Rifjut parzjali ta’ protezzjoni”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Marques de l’État de Monaco (MEM) (Monako, Monako) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 113/2012-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali MONACO.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Marques de l’État de Monaco (MEM) hija kkundannata għall-ispejjeż.