Language of document : ECLI:EU:T:2013:141

Kawża T‑415/10

Nexans France

vs

Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

“Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Euratom — Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Impriża Konġunta Fusion for Energy — Provvista ta’ materjal elettriku — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Proċedura miftuħa — Offerta li tinkludi riżervi — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità — Kunflitt ta’ interessi — Deċiżjoni ta’ għoti — Rikors għal annullament — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013

1.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors mhux suffiċjentement ċar u preċiż — Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

2.      Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Rikors ippreżentat minn offerent, miċħud qabel il-fażi ta’ għoti, kontra deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt — Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

3.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali — Portata

4.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

5.      Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa tal-istituzzjonijiet fl-iżvolġiment tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Esklużjoni tal-offerenti f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi — Portata — Limiti

6.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

7.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikol  340 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198, Artikolu 9(2))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 49, 50)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 53-56)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 71, 80, 102)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 100, 101)

5.      Fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi, l-opportunità għal offerent, minkejja li ma jkollux tali intenzjoni, li jinfluwenza l-kundizzjonijiet ta’ sejħa għal offerti f’sens favorevoli għalih jikkostitwixxi sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi. F’dan ir-rigward, il-kunflitt ta’ interessi jikkostitwixxi ksur tal-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet bejn l-offerenti. Il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interessi għandu natura oġġettiva u sabiex dan jiġi kkaratterizzat, għandhom jiġu injorati l-intenzjonijiet tal-persuni kkonċernati, b’mod partikolari l-bona fide tagħhom.

Ma hemmx obbligu assolut fuq l-awtoritajiet kontraenti sabiex jiġu esklużi b’mod sistematiku l-offerenti f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi, tali esklużjoni ma hijiex iġġustifikata fil-każijiet fejn huwa possibbli li din is-sitwazzjoni ma għandhiex rilevanza fuq l-aġir tagħhom fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti u ma hemmx riskju reali li l-prattiki li jxekklu l-kompetizzjoni bejn l-offerenti jseħħu. Min-naħa l-oħra, l-esklużjoni ta’ offerent f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi huwa essenzjali meta ma jkunx hemm rimedju iktar xieraq sabiex jiġi evitat kull ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti u ta’ trasparenza.

(ara l-punti 114-117)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 169)

7.      Fil-qasam ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, skont l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni 2007/198, li tistabbilixxi Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tagħti vantaġġi lil din, din l-Impriża Konġunta għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minnha stess jew mill-membri tal-persunal tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. F’dan ir-rigward, l-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ din l-impriża hija suġġetta għall-issodisfar ta’ sett ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir allegat kontra l-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-allegat aġir u d-dannu invokat.

Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx sodisfatta, it-talba għad-danni għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra.

(ara l-punti 179, 180)