Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 taʼ April 2013 – SOZA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-413/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u trażmissjoni mill-ġdid bil-cable – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tqassim tas-suq ġeografiku – Ftehim bilaterjali bejn is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva nazzjonali – Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali – Prova – Preżunzjoni ta’ innoċenzaˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Slovenský ochranný Zväz Autorský pre práva k hudobným dielam (SOZA) (Bratislava, Ir-Repubblika tas-Slovakkja) (rappreżentant: M. Favart, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Biolan u J. Bourke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: International Confederation of Societies of Authors and Composers (CISAC) (Neuilly-sur-Seine, Franza) (rappreżentanti: J. F. Bellis u K. Van Hove, avukati)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).DispożittivL-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedimenti skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), huwa annullat, għal dak li jirrigwarda lil Slovenský ochranný Zväz Autorský pre práva k hudobným dielam (SOZA).Il‑kumplament tar-rikors huwa miċħud.3)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.