Language of document : ECLI:EU:T:2009:507





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2009 – Trubion Pharmaceuticals vs UASI – Merck (TRUBION)

(Kawża T‑412/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRUBION – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti TriBion Harmonis – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 56-58)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2008 (Każ R 1605/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Trubion Pharmaceuticals, Inc. u Merck KGaA.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Trubion Pharmaceuticals, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali TRUBION għall-prodotti u s-servizzi fil-klassijiet 5 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Merck KGaA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 72884 tat-trade mark verbali BION għal diversi prodotti; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3282936 tat-trade mark figurattiva TriBion Harmonis għal diversi prodotti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti fil-klassi 5 u miċħuda għall-kumplament tas-servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

 


 Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Trubion Pharmaceuticals, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.