Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Marzu 2012 - Ellinika Nafpigeia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/08) 

("Għajnuna mill-Istat - Bini ta' vapuri - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Griegi lil tarzna - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Użu abbużiv mill-għajnuna")

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ellinika Nafpigeia AE (Skaramagka, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Drosos, K. Loukopoulos, A. Chiotellis, C. Panagoulea, P. Tzioumas, A. Balla, V. Voutsakis u X. Gkousta, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(2), tal-Artikoli 2, 3, 5, u 6, tal-Artikolu 8(2) u tal-Artikoli 9, 11 sa 16, 18 u 19 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat- 2 ta' Lulju 2008, dwar il-miżuri C 16/04 (ex NN 29/04, CP 71/2002 u CP 133/05) implimentati mill-greċja favur it-tarznari elleniċi [tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/610 KE, tat-2 ta' Lulju 2008, dwar l-għajnuna C 16/04 (ex NN 29/2004, CP 71/2002 u CP 133/2005) mogħtija mill-Greċja lill-impriża Hellenic Shipyards SA ](ĠU 2009, L 225, p. 104).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ellinika Nafpigeia AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 327, 20.12.2008.