Language of document : ECLI:EU:T:2013:168





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 — AEPI vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑392/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika ta’ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċizjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehimiet bilaterali bejn is-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza”

1.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kuntratti ta’ rappreżentazzjoni reċiproka bejn soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur — Klawżoli ta’ sħubija esklużiva mas-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur b’rabta man-nazzjonalità tal-awturi — Għan antikompetittiv — Taqsim tas-suq — Kompartimentalizzazzjoni tas-suq — Ksur partikolarment gravi — Projbizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 58)

2.                     Akkordji — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti — Distinzjoni bejn ksur minħabba l-għan u ksur minħabba r-riżultat (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 59‑61)

3.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Setgħat tal-Kummissjoni — Konstatazzjoni ta’ ksur li ntemm — Interess leġittimu li ssir il-konstatazzjoni — Perikolu ta’ ritorn għall-prattika implikata li jeħtieġ li s-sitwazzjoni legali tiġi ċċarata (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7(2)) (ara l-punt 62)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 64, 77, 123)

5.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur iżda li ma timponix multa — Applikabbiltà (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) UE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 78‑82)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi bbażati biss fuq l-aġir tal-impriżi — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur — Obbligi tal-Kummissjoni li jikkontestaw il-plawżibbiltà tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-impriżi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 83‑87, 93, 146)

7.                     Akkordji — Projbizzjoni — Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mit-tmiem formali tagħhom — Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 109)

8.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Aġir parallel — Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ ftehim — Limiti — Rifjut, mis-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jħallu utent stabbilit fi Stat Membru ieħor jaċċedi direttament għar-repertorju tagħhom — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 122)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE.

2)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni C (2008) 3435 finali huwa annullat, inkwantu jirreferi għall-Artikolu 3 tagħha, sa fejn jikkonċerna lil AEPI.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż ta’ AEPI.

5)

AEPI għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.

6)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.