Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tad-19 ta' Novembru 2008 - AEPI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-392/08 R)

("Miżuri provviżorji - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna t-tmiem ta' prattika miftiehma fil-qasam tal-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: AEPI Elliniki Etaireia pros Prostasian tis Pnevmatikis Idioktisias AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Xanthopoulos u T. Asprogerakas Grivas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Christoforou u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta' Lulju 2008, dwar proċedura ta' applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 - CISAC).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________