Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awissu 2012 - Fuchs vs UASI - Les Complices (Star)

(Kawża T-342/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Max Fuchs (Freyung, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Les Complices SA (Montreuil-sous-Bois, Franza)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Mejju 2012 fil-Każ R 2040/2011-5;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru 1299967 fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrapreżenta stilla sewda, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5588694

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja Nru 632232 tat-trade mark figurattiva li tirrapreżenta stilla bajda f'ċirku iswed, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 20, 24 u 28; Trade mark Franċiża Nru 1579557 tat-trade mark figurattiva li tirrapreżenta stilla bajda f'ċirku iswed, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________