Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2011 - Il-Kummissjoni vs UASI - European Alliance for Solutions and Innovations (EASI European Alliance Solutions Innovations)

(Kawża T-659/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Berenboom, A. Joachimowicz, u M. Isgour, avukati, J. Samnadda, u F. Wilman, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: European Alliance for Solutions and Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Ottubru 2011 fil-Każ R 1991/2010-4;

tiddikjara għalhekk bħala invalida t-trade mark Komunitarja Nru 6112403 irreġistrata fis-17 ta' Ottubru 2008 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark figurattiva "EASI European Alliance Solutions Innovations" bil-kulur "isfar, blu ċar, blu" għal servizzi fil-klassijiet 36, 37, 44 u 45 - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6112403.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq ir-raġunijiet assoluti stabbiliti fl-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) u (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6b(1) tal-Konvenzjoni ta' Pariġi sa fejn it-trade mark Komunitarja ġiet irreġistrata, għalkemm ir-reġistrazzjoni tagħha hija pprojbita skont dawn id-dispożizzjonijiet. Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll l-Artikolu 7(1)(g) sa fejn din ir-reġistrazzjoni tqarraq bil-pubbliku peress li twasslu sabiex jemmen li l-prodotti u s-servizzi li għalihom it-trade mark Komunitarja hija rreġistrata huma approvati u promossi mill-Unjoni Ewropea jew minn waħda mill-istituzzjonijiet tagħha.

____________