Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/11) 1

(“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Prodotti mill-ħalib — Dħul assenjat — Kontrolli prinċipali — Tardività — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Bażi legali — Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002 — Rikorrenza”)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Aiello u P. Grasso, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/689/KE, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 270, p. 33), sa fejn din timponi fuq Ir-Repubblika Taljana korrezzjoni finanzjarja fissa fl-ammont ta’ EUR 70 912 382, fuq il-bażi ta’ irregolaritajiet ta’ kontrolli li jirrigwardaw il-kwoti ta’ ħalib, ikkonstatati fir-reġjuni Taljani ta’ Abruzzo, Lazio, Marche, Puglia, Sardegna, Calabria, Fruili Venezia Giulia u Valle d’Aosta, matul is-snin 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sotnuti mill-Kummissjoni Ewropea.