Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2013 - ADEAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association pour la Défense de l'Épargne et de l'Actionnariat des Salariés de France Télécom-Orange (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A.-L. Lefort des Ylouses u A.-S. Gay, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara bħala ammissibbli r-rikors tal-ADEAS;

tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9403 finali, tal-20 ta' Diċembru 2011, li tiddikjara, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom dwar ir-riforma tal-mod ta' finanzjament tal-irtirar tal-uffiċċjali tal-Istat marbuta ma' France Télécom [għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)] .

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi li huma essenzjalment simili jew identiċi għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-Kawża T-2/13, CFE-CGC France Télécom-Orange vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU 2012, L 279, p. 1.