Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ April 2014 – ADEAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/13) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet – Assoċjazzjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association pour la défense de l’épargne et de l’actionnariat des salariés de France Télécom-Orange (ADEAS) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A.-L. Lefort des Ylouses u A.-S. Gay, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Franċiża.L-Association pour la défense de l’épargne et de l’actionnariat des salariés de France Télécom-Orange (ADEAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.