Language of document : ECLI:EU:T:2015:236





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ April 2015 –
National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill

(Kawża T‑9/13)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Eċċezzjoni ta’ illégalità – Żball ta’ liġi – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Kompetenza tal-Kunsill – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Portata – Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u punt 8 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2012/635 – Esklużjoni (Artikolu 29 TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275  TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), u 2012/635/PESK, punt 8 tal-Artikolu 1) (ara l-punti 27-30)

2.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors ippreżentat kontra att li jistabbilixxi miżuri restrittivi fir-rigward tar-rikorrent – Entità pubblika li tinvoka l-protezzjonijiet u l-garanziji marbuta mad-drittijiet fundamentali – Kwistjoni li ma tikkonċernax l-ammissibbiltà tal-motiv imma l-fondatezza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punti 32, 33)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet fundamentali – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Persuni ġuridiċi li jikkostitwixxu emanazzjoni ta’ Stati terzi – Inklużjoni – Responsabbiltà tal-Istat terz għar-rispett tad-drittijiet fundamentali fit-territorju tiegħu stess – Assenza ta’ effett (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17, 41 u 47) (ara l-punti 37, 39, 41, 42)

4.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali – Stħarriġ li jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għal atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Artikolu 29 TUE; Artikoli 215(2) TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275  TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 56, 57, 148-151)

5.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali – Kriterji ta’ adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Sostenn għall-Gvern Iranjan – Portata – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li jeżiġi ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà tal-effetti tar-regoli legali (Deċiżjonijiet tal-Kunsill Nru 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), 2012/35/PESK, premessa 13, u 2012/635/PESK, premessa 16; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punt 57-62, 65-67, 71)

6.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c), 2012/35/PESK, premessa 13, u 2012/635/PESK, punt 8 tal-Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 60, 74, 75, 173-177)

7.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Deċiżjoni adottata fil-kuntest tat-Trattat UE – Rekwiżiti proċedurali stabbiliti mill-Artikolu 215(2) TFUE – Inapplikabbiltà (Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(2) TFUE; Deċiżjoni 2012/635/PESK) (ara l-punti 82, 84)

8.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Setgħa tal-Kunsill, fil-qasam tal-miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 215 TFUE, li juża l-proċedura prevista fl-Artikolu 291(2) TFUE (Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 88-90)

9.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Proċedura ta’ inklużjoni fil-lista tal-persuni u entitajiet suġġetti għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Għażla tal-bażi legali –Regolament Nru 267/2012 – Osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 291 TFUE (subparagrafu 2 tal-Artikoli 24(1) TUE, Artikoli 29 TUE u 31(1) TUE; Artikoli 215 TFUE u 291(2) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikoli 23(2) u 46(2)) (ara l-punti 92-97, 102)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf tal-persuna kkonċernata li tippermettilha li tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punti 105-110, 115-120)

11.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba f’dan is-sens lill-Kunsill (Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 945/2012) (ara l-punt 126)

12.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu tal-Kunsill li jeżamina mill-ġdid dawn il-miżuri perijodikament – Ksur – Assenza ta’ effett fuq il-validità ta’ dawn il-miżuri – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-għan tal-obbligu ta’ eżami mill-ġdid u assenza ta’ effetti negattivi fuq is-sitwazzjoni tal-entità kkonċernata (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 26(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 46(6)) (ara l-punti 133-135, 137-140, 142, 143)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tal-punt 8 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni 2012/635, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), u tad-deċiżjoni kkomunikata permezz tal-ittra tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2014, sa fejn huwa kkonċernat l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The National Iranian Gas Company hija kkundannata għall-ispejjeż.