Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' April 2008 - Maison de l'Europe Avignon Méditerranée vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/04)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Ħolqien ta' info point Europe - Ftehim konkluż bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Rikors manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maison de l'Europe Avignon Méditerranée (Avignon, Franza) (rappreżentant: F. Martineau, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-F. Pasquier u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma totali ta' EUR 394 066,76 minħabba l-allegat nuqqas tagħha milli twettaq l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-ftehim dwar il-ħolqien ta' info point Europe f'Avignon.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Maison de l'Europe Avignon Méditerranée hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 262, 23.10.2004.