Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Małgorzata Marcinkowska-Dec vs EUIPO - Ismailova (DESSI)
(Kawża T-472/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Małgorzata Marcinkowska-Dec (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: A. Witońska-Pakulska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aza Ismailova (Herselt, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “DESSI” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 116 969
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1738/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________