Language of document : ECLI:EU:T:2012:297





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Imħallef għal miżuri provviżorji) tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Morison Menon Chartered Accountants et vs Il-Kunsill

(Kawża T-656/11 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Talba għal deċiżjoni emendata fil-mori tal-kawża — Talba li ma għadx għandha skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 7, 8)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11) u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), inkwantu dawn iżidu mal-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet, li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati, l-entità bl-isem ta’ “Morison Menon Chartered Accountant”.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.