Language of document : ECLI:EU:T:2016:748





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T421/09 RENV)

“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq Griegi għall-provvista ta’ linjite u ta’ elettriku bl-ingrossa – Deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex jiġu rrimedjati l-effetti antikompetittivi ta’ ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE – Artikolu 86(3) KE – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità – Libertà kuntrattwali”

1.      Atti tal-istituzzjonijiet Motivazzjoni Obbligu Portata Deċiżjoni li jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni

(Artikolu 253 KE)

(ara l-punti 109, 110)

2.      Rikors għal annullament Motivi Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 230 KE u 253 KE)

(ara l-punt 111)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea Prinċipji Drittijiet fundamentali Libertà kuntrattwali Restrizzjonijiet Ammissibbiltà Kundizzjonijiet – Restrizzjonijiet imposti skont ir-regoli tal-kompetizzjoni

(Artikolu 6(3) TUE, Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 16, Artikolu 86(3) KE)

(ara l-punti 130-144)

4.      Kompetizzjoni Impriżi pubbliċi u impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri Kompetenzi tal-Kummissjoni abbażi tad-dmir ta’ sorveljanza tagħha Deċiżjoni li tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex jiġu rrimedjati l-effetti antikompetittivi ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità Assenza

(Artikolu 86(3) KE)

(ara l-punti 147-162)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 6244 finali, tal-4 ta’ Awwissu 2009, li tistabbilixxi miżuri speċifiċi sabiex jiġu rrimedjati l-effetti antikompetittivi tal-ksur ikkonstatat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Marzu 2008, dwar l-għoti jew iż-żamma mir-Repubblika Ellenika ta’ drittijiet favur DEI għall-estrazzjoni ta’ linjite.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.