Rikors ippreżentat fl-14 ta' Ottubru 2009 - Honda Motor vs UASI - Blok (BLAST)
(Kawża T-425/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Honda Motor Co., Ltd. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hendrik Blok (Oudenaarde, il-Belġju)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Lulju 2009, fil-Każ R 1097/2008-1;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Honda Motor Co., Ltd.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BLAST", għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Hendrik Blok
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali "BLAST" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 35 u 37; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark fil-Benelux tat-trade mark verbali "BLAST" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 35 u 37.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.
____________