Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2013 – Kenzo vs UASI – Tsujimoto (KENZO ESTATE)

(Kawża T-528/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn taċċetta r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1016724 li tinnomina l-Unjoni Ewropea għat-trade mark “Kenzo Estate” għal: “Żejt taż-żebbuġa (għall-ikel); żejt taż-żerriegħa tal-għeneb (għall-ikel); żjut u xaħmijiet li jittieklu; żbib; ħxejjex u frott ipproċessati; ħxejjex iffriżati; frott iffriżat; legumi nejjin; prodotti tal-laħam ipproċessati; frott tal-baħar ipproċessat” fil-klassi 29; “Ħelu, ħobż u pasti; ħall tal-inbid; taħwir taż-żebbuġ; taħwir (minbarra ħwawar); ħwawar; sandwiċijiet, pizez; hot dogs (sandwiċijiet); torti tal-laħam; ravjul” fil-klassi 30; u “Għeneb (frisk); żebbuġ (frisk); frott (frisk); ħaxix (frisk); żrieragħ u basal” fil-klassi 31;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti;

tikkundanna lil Kenzo Tsujimoto għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO ESTATE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 35, 41 u 43 – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru W 1 016 724

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja “KENZO” għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.