Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-527/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat — Dazju fuq il-ħalib — Għajnuna mogħtija mill-Italja lill-produtturi tal-ħalib — Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tad-dazju fuq il-ħalib — Deċiżjoni kundizzjonata — Nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni li tippermetti r-rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern — Għajnuna de minimis — Għajnuna eżistenti — Għajnuna ġdida — Modifika ta’ għajnuna eżistenti — Proċedura ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u P. Grasso, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, D. Nardi u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, rigward l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tad-dazju fuq il-ħalib) (ĠU L 309, p. 40).DispożittivL-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tat-taxxa fuq il-ħalib), huwa annullat.L-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni huma annullati sa fejn huma jirrigwardaw, minn naħa, l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha, u min-naħa l-oħra, l-għajnuna individwali mogħtija b’applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 ĠU C 344, 23.11.2013.