Language of document : ECLI:EU:T:2015:921





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Kenzo vs UASI – Tsujimoto (KENZO ESTATE)

(Kawża T‑528/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali KENZO ESTATE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO – Raġuni relattiva għal rifjut – Reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 17, 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Rabta bejn it-trade marks – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))(ara l-punt 30)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))(ara l-punti 31, 32)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade marks verbali KENZO ESTATE u KENZO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))(ara l-punti 33-36)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012‑2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 29 sa 31 koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali mitluba.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kenzo fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

L-UASI u Kenzo Tsujimoto għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess sostnuti fil-kuntest ta’ din l-istanza.

4)

K. Tsujimoto għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Kenzo għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.