Language of document : ECLI:EU:T:2015:521





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 —
Roland vs UASI – Louboutin (Kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna)

(Kawża T‑631/14)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti f’kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti SHOES — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 20, 21)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 31)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark li tikkonsisti f’kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna u trade mark figurattiva my SHOES (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 34, 75-77)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 37, 51, 58, 69, 72)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Trade marks figurattivi — Paragun fonetiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 61)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 Mejju 2014 (Każ R 1591/2013‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roland SE u Christian Louboutin.

Dispożittiv

1)         Ir-rikors huwa miċħud.

2)         Roland SE hija kkundannata għall-ispejjeż.