Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-383/11)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuniMiżuri restrittivi meħuda kontra s-SirjaIffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċiRestrizzjonijiet tad-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-UnjoniDrittijiet tad-difiżaObbligu ta’ motivazzjoniŻball manifest ta’ evalwazzjoniDrittijiet fundamentali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment P. Grollet u G. Karouni, sussegwentement G. Karouni u C. Rygaert, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 136, p. 91), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1  ĠU C 282, 24.09.2011.