Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/09 P) 1

"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rifjut ta' istituzzjoni li tittraduċi deċiżjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat"

Lingwa tal-kawża: il-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tas-7 ta' Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, (F-3/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Luigi Marcuccio għandu jbati l-isspejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.

____________

1 - ĠU C 51, 27.02.2010