Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2011 - BTL Diffusion vs UASI - dm-drogerie markt (babyTOlove)

(Kawża T-518/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BTL Diffusion (Saint Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Berendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 883/2010-2 sa fejn hija: (i) laqgħet l-oppożizzjoni u ċaħdet l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata għal "apparat u strumenti kirurġiċi mediċi, dentali u veterinarji, artikoli ortopediċi; materjali ta' sutura" fil-klassi 10 u "ħwejjeġ, artikoli li jintlibsu fis-saqajn u fir-ras" fil-klassi 25, u (ii) ċaħdet it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata fuq punt mhux imqajjem fl-appell sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni għal "logħob u affarijiet tal-logħob; artikli għal ġimnastika u artikoli għall-ivjaġġar (porting)mhux inklużi f'klassijiet oħra" fil-klassi 28; u

tikkonferma l-imsemmija deċiżjoni għal "riġlejn, għajnejn u snien artifiċjali" fil-klassi 10 u "dekorazzjonijiet għas-siġar tal-Milied" fil-klassi 28.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "babyTOlove", għal prodotti fil-klassijiet 10, 25 u 28 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7104219

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 935598 tat-trade mark verbali "babylove", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30 u 32; reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 979365 tat-trade mark verbali "Baby Love", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment; oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda għal parti mill-prodotti fil-klassi 10 u 25; appell miċħud għall-kumplament

Motivi invokati: ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________