Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2013 – Real Express vs UASI - MIP Metro (real)

(Kawża T-580/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Real Express Srl (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Anitoae, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 1519/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti jħallsu l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva blu u ħamra li tinkludi l-element verbali “real” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 512 609Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade marks tar-Rumanija Nri 38 089 u 80 065Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hiDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudM

otivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-Trade Mark Komunitarja